SEJĦA GĦAL: Koordinaturi Artistiċi tal-Programm
14.02.20Teatru Malta qed ifittxu li nimpjegaw fornitur ta’ servizzi esperjezati u entużjast biex iservu ta’
Koordinaturi Artistiċi tal-Programm
Koordinatur Artistikutal-Programm: ser jappoġġja l-iżvilupp u t-twassil tal-programm artistiku billi jikkoordina produzzjonijiet fi ħdan il-kalendarju ta’ avvenimenti ta’ Teatru Malta u jorganizza l-loġistika biex iwassal dan il-programm. Il-Koordinatur tal-Programm jirrispondi għad-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta.
Bażi:Kuntratt għal servizz fuq medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa
Ħlas:€22,000 + VAT fis-sena b’żieda ta’ 10% kull sena
Tul: Kuntratt 3 snin
Niżżlu l-applikazzjoni tagħkom minn hawn illum!
Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet, sostnuti bid-dokumentazzjoni meħtieġa, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jaslu għand contact@teatrumalta.org.mt sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2020, f’nofsinhar.
L-applikanti għandu jkollhom numru tar-reġistrazzjoni validu tal-VAT. Il-fornitur tas-servizz magħżul se jkun responsabbli għat-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kollha rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.