Linji Gwida għall-Klassifikazzjoni ta’ Produzzjonijiet Teatrali u Produzzjonijiet oħra fuq il-Palk skont l-Età
Wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-Kunsill Malti għall-Arti, l-Avviż Legali 416/2012 jistipula li ll-produzzjonijiet kollha teatrali u produzzjonijiet oħra fuq il-palk, li għalihom jista’ jattendi l-pubbliku, kemm bi ħlas jew b’xejn, għandhom jingħataw klassifikazzjoni skont l-età raġonevoli u xierqa, skont il-kategoriji tal-klassifikazzjoni skont l-età elenkati fir-regolament 6(1).
Il-linji gwida huma maqsumin kif imniżżel hawn taħt:
- Ċertifikat U – Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età;
• Ċertifikat GW – Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età iżda xi
xeni jistgħu ma jkunux tajbin għat-tfal żgħar;
• Ċertifikat 12A – Tajjeb biss għal persuni li għalquta’
12-il sena, u fuqhom, iżda persuni ta’ età iżgħar minn
12-il sena jistgħu jarawhom biss jekk ikunu akkumpanjati
minn persuna adulta biss;
• Ċertifikat 12 – Jistgħu jidħlu persuni minn 12-il sena
’l fuq;
• Ċertifikat 15 – Jistgħu jidħlu persuni minn 15-il sena
’l fuq;
• Ċertifikat 18 – Jistgħu jidħlu persuni minn 18-il sena
’l fuq
Dawn il-linji gwida jistgħu jitniżżlu minn hawn, kif ukoll l-elementi tad-disinn minn hawn.
Dan id-dokument huwa miftuħ għall-konsultazzjoni sat-30 ta’ Ġunju. Jekk għandek xi kummenti ibgħat fuq info@artscouncilmalta.org.