SEJĦA GĦAL SERVIZZ: MANAGER TAL-PRODUZZJONI

05.08.24

Teatru Malta, li topera taħt l-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA), qed tfittex persuna entużjasta u ta’ esperjenza biex taħdem bħala Manager tal-Produzzjoni.

Il-kandidat magħżul se jkun responsabbli mill-iżvilupp u l-eżekuzzjoni tal-programm artistiku billi jikkoordina u jmexxi l-produzzjonijiet fi ħdan il-kalendarju tal-avvenimenti ta’ Teatru Malta waqt li jieħu ħsieb il-loġistika biex ikun jista’ jittella’ dan il-programm.

Applikanti interessati huma mitluba jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV lil contact@teatrumalta.org.mt.

L-applikazzjonijiet jagħlqu fis-16 t’Awwissu 2024 f’nofsinhar.